Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0202

Kawża T-202/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – Zitro IP vs UASI (WORLD OF BINGO)

ĠU C 198, 15.6.2015, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/45


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – Zitro IP vs UASI (WORLD OF BINGO)

(Kawża T-202/15)

(2015/C 198/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Zitro IP Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “WORLD OF BINGO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 669 396

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Frar 2015 fil-Każ R 1899/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top