Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0181

    Kawża T-181/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2015 – Sopra Steria Group vs Il-Parlament

    ĠU C 262, 10.8.2015, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.8.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 262/28


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2015 – Sopra Steria Group vs Il-Parlament

    (Kawża T-181/15)

    (2015/C 262/38)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sopra Steria Group SA (Annecy-le-Vieux, Franza) (rappreżentanti: A. Verlinden, R. Martens u J. Joossen, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta’ data mhux magħrufa li titnieda l-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ kuntratt għal NPE-15.8;

    tannulla kull deċiżjoni li l-Parlament Ewropew seta’ adotta fir-rigward tas-segwitu ta’ din il-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ notifika NPE-15.8;

    tiddikjara li l-kuntratt(i) li huma possibbilment magħluqa bbażati fuq il-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ notifika għal NPE-15.8, huwa (huma) nulli u mingħajr effett;

    tordna li l-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż għal rappreżentant legali mħallsa mir-rikorrenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, li jallega l-ksur tal-Artikolu 102 tar-Regolament Finanzjarju, tal-Artikolu 103 tar-Regolament Finanzjarju, tal-Artikolu 104.2 tar-Regolament Finanzjarju u tal-Artikolu 134.1 (c) tar-Regoli ta’ Implementazzjoni, li b’hekk jirrendi invalida d-deċiżjoni ta’ data mhux magħrufa, li titnieda l-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ notifika ta’ kuntratt.

    Skont ir-rikorrenti, il-Parlament Ewropew bi żball u illegalment uża l-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ notifika tal-kuntratt, peress li kellu jiġi ddikjarat li din il-proċedura kienet proċedura eċċezzjonali li l-użu tagħha kellu jkun legalment ġustifikat (anki fid-dawl tal-obbligu tal-Parlament Ewropew li jiżgura li kull għoti ta’ kuntratt pubbliku għandu jingħata b’offerta fuq l-iktar bażi wiesgħa, ara l-Artikolu 102.2 tar-Regolament Finanzjarju). Tali ġustifikazzjoni, skont ir-rikorrenti, ma ngħatatx mill-Parlament Ewropew, u lanqas kien hemm raġunijiet ta’ urġenza estrema kkawżati minn avvenimenti mhux mistennija mhux attribwibbli lill-Parlament Ewropew (kif meħtieġ għall-applikazzjoni tal-Artikolu 134.1 (c) tar-Regoli ta’ Implementazzjoni).


    Top