This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0166
Case T-166/15: Action brought on 2 April 2015 — Gramberg v OHIM — Mahdavi Sabet (Protective case for a mobile telephone)
Kawża T-166/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2015 – Gramberg vs UASI Mahdavi Sabet (Għata għal telefon ċellulari)
Kawża T-166/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2015 – Gramberg vs UASI Mahdavi Sabet (Għata għal telefon ċellulari)
ĠU C 198, 15.6.2015, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 198/40 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2015 – Gramberg vs UASI Mahdavi Sabet (Għata għal telefon ċellulari)
(Kawża T-166/15)
(2015/C 198/55)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Claus Gramberg (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Kettler, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sorouch Mahdavi Sabet (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn ikkontestat ikkonċernat: disinn Komunitarju Nru 1 968 496-0002
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 460/2013-3
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara invalidu d-disinn Komunitarju Nru 1 968 496-0002; sussidjarjament, |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell għal deċiżjoni ġdida dwar l-invalidità tad-disinn Komunitarju Nru 1 968 496-0002; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 6/2002. |