Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0155

    Kawża T-155/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2015 – Kaddour vs Il-Kunsill

    ĠU C 190, 8.6.2015, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.6.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 190/23


    Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2015 – Kaddour vs Il-Kunsill

    (Kawża T-155/15)

    (2015/C 190/27)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Khaled Kaddour (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: A. Boesch, D. Amaudruz u M. Ponsard, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    tordna l-produzzjoni tal-proċess tal-kawża T-654/11;

    tirriżerva favur ir-rikorrent id-dritt li jippreżenta replika u, f’din l-okkażjoni, li jippreżenta atti ġodda u li jressaq ix-xhieda;

    tannulla, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/108, tas-26 ta’ Jannar 2015;

    id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/117, tas-26 ta’ Jannar 2015;

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-653/11, Jaber vs Il-Kunsill (1).


    (1)  ĠU 2012, C 58, p. 12.


    Top