EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0090

Kawża T-90/15: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Frar 2015 – Schoeller Corporation vs UASI – Sqope (SCOPE)

ĠU C 118, 13.4.2015, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/44


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2015 – Schoeller Corporation vs UASI – Sqope (SCOPE)

(Kawża T-90/15)

(2015/C 118/57)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schoeller Corporation GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. van Ackeren, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sqope SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “SCOPE” – Applikazzjoni Nru 4 502 341

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 2381/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tirrigwarda l-provvisti ta’ servizzi ta’ analiżi finanzjarja u ta’ informazzjoni finanzjarja;

tikkundanna lill-parti telliefa għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top