This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0066
Case T-66/15: Action brought on 12 February 2015 — Alsharghawi v Council
Kawża T-66/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2015 – Alsharghawi vs Il-Kunsill
Kawża T-66/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2015 – Alsharghawi vs Il-Kunsill
ĠU C 146, 4.5.2015, p. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 146/39 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2015 – Alsharghawi vs Il-Kunsill
(Kawża T-66/15)
(2015/C 146/53)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bashir Saleh Bashir Alsharghawi (Johannesburg, l-Afrika t’Isfel) (rappreżentant: É. Moutet, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara u tiddeċiedi li l-Kunsill naqas mill-obbligi tiegħu naxxenti mit-Trattat FUE billi ma eżaminax mill-ġdid is-sitwazzjoni tiegħu; |
— |
tordna lill-Kunsill li jeżamina mill-ġdid is-sitwazzjoni tiegħu; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill kemm għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawn sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku bbażat fuq il-fatt li billi ma bl-ebda mod ma pproċessa t-talba tagħha għal eżami mil-ġdid, il-Kunsill naqas mill-obbligi tiegħu naxxenti mil-leġiżlazzjoni u mill-ġurisprudenza tal-Unjoni Ewropea.