This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0057
Case T-57/15: Action brought on 4 February 2015 — Trajektna luka Split v Commission
Kawża T-57/15: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Frar 2015 – Trajektna luka Split vs Il-Kummissjoni
Kawża T-57/15: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Frar 2015 – Trajektna luka Split vs Il-Kummissjoni
ĠU C 118, 13.4.2015, p. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118/35 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2015 – Trajektna luka Split vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-57/15)
(2015/C 118/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Trajektna luka Split d.d. (Split, il-Kroazja) (rappreżentanti: M. Bauer, H.-J. Freund u S. Hankiewicz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 7285 finali – Kroazja – Allegata għajnuna favur Jadrolinija, tal-15 ta’ Ottubru 2014; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tar-rikorrenti; |
— |
tibgħat il-kawża lura lill-Kummissjoni Ewropea għal investigazzjoni ulterjuri u għal deċiżjoni ġdida; u |
— |
tieħu kull azzjoni oħra li hija tqis utli. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni u fuq żball ta’ liġi manifesti li jikkonsistu fil-ksur tal-Artikolu 107 TFUE li jirriżulta mill-konstatazzjoni li l-miżura kkontestata ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat minħabba l-applikazzjoni ta’ kriterju żbaljat sabiex jiġi stabbilit jekk kinux ġew involuti riżorsi pubbliċi. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni u fuq żball ta’ liġi manifesti li jikkonsistu fil-ksur tal-Artikolu 107 TFUE li jirriżulta mill-konstatazzjoni li l-miżura kkontestata ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat minħabba l-assenza ta’ involviment ta’ riżorsi pubbliċi. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi manifest li jikkonsisti fil-ksur tal-kunċett imsemmi fl-Artikolu 107(1) TFUE flimkien mal-Artikolu 106(1) TFUE li jirriżulta mill-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-Artikolu 106(1) TFUE. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur ta’ forma proċedurali sostanzjali li jikkonsisti fil-ksur tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 659/1999 (1) li jirriżulta mill-fatt li ma sarx użu suffiċjenti mis-setgħat ta’ investigazzjoni li huwa jipprevedi. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni li jirriżulta mill-assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE u fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 659/1999. |
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur ta’ forma proċedurali sostanzjali li jirriżulta mill-motivazzjoni insuffiċjenti skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE f’dak li jikkonċerna l-assenza ta’ riżorsi pubbliċi u l-kunċett tal-Artikolu 106(1) flimkien mal-Artikolu 107(1) TFUE. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).