EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0027

Kawża T-27/15 P: Appell ippreżentat fl- 20 ta’ Jannar 2015 mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) mis-sentenza mogħtija fit- 13 ta’ Novembru 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) fil-Kawża F-2/12 – Hristov vs Il-Kummissjoni u EMA

ĠU C 118, 13.4.2015, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/32


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2015 mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) mis-sentenza mogħtija fit-13 ta’ Novembru 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) fil-Kawża F-2/12 – Hristov vs Il-Kummissjoni u EMA

(Kawża T-27/15 P)

(2015/C 118/41)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Appellanti: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentant: J. Currall, N. Nikolova u C. Petrova)

Partijiet oħra fil-proċedura: Emil Hristov, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tat-13 ta’ Novembru 2014, mogħtija fil-Kawża F-2/12, Hristov vs Il-Kummissjoni u EMA,

tibgħat lura l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, sabiex dan jiddeċiedi dwar l-aggravji l-oħra,

tirriżerva l-ispejjeż tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji:

it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser id-dritt tal-Unjoni billi ta lill-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba portata li dan il-prinċipju ma għandux,

sussidjarjament, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi naqas milli jivverifika, qabel ma ddeċieda li jilqa’ t-talba għal annullament, jekk in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba setax kellu impatt fuq il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata,

b’mod iktar sussidjarju, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fi kwalunkwe każ, kiser id-dritt tal-Unjoni billi naqas milli jibbilanċja l-interessi rispettivi inkwistjoni u billi ma llimitax l-effetti tas-sentenza tiegħu,

b’mod dejjem iktar sussidjarju, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser id-dritt tal-Unjoni billi qies li l-irregolarità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni kienet timplika neċessarjament l-irregolarità tad-deċiżjoni adottata mill-EMA.


Top