Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0235(01)

    Kawża T-235/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2016 – Pari Pharma vs EMA [“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti miżmuma mill-EMA fir-rigward ta’ informazzjoni mogħtija minn impriża fil-kuntest tal-applikazzjoni tagħha għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali — Digriet li jagħti s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li jingħata aċċess lil parti terza għal dokumenti — Talba ta’ rtirar — Nuqqas ta’ tibdil fiċ-ċirkustanzi — Artikolu 159 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”]

    ĠU C 260, 18.7.2016, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/39


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2016 – Pari Pharma vs EMA

    (Kawża T-235/15 R)

    ([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti miżmuma mill-EMA fir-rigward ta’ informazzjoni mogħtija minn impriża fil-kuntest tal-applikazzjoni tagħha għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali - Digriet li jagħti s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li jingħata aċċess lil parti terza għal dokumenti - Talba ta’ rtirar - Nuqqas ta’ tibdil fiċ-ċirkustanzi - Artikolu 159 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”])

    (2016/C 260/49)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Pari Pharma GmbH (Starnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Epping u W. Rehmann, avukati)

    Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: T. Jabłoński, N. Rampal Olmedo, A. Spina, A. Rusanov u S. Marino, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Novartis Europharm Ltd (Camberley, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Schoonderbeek, avukat)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 159 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u intiża sabiex tikseb l-irtirar tad-digriet tal-1 ta’ Settembru 2015, Pari Pharma vs EMA (T-235/15 R, EU:T:2015:587), li permezz tiegħu ngħatat is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni EMA/271043/2015 tal-EMA, tal-24 ta’ April 2015, li tagħti lil parti terza, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), l-aċċess għal ċerti dokumenti li fihom informazzjoni sottomessa fil-kuntest ta’ talba għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Vantobra.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba intiża sabiex tikseb l-irtirar tad-digriet tal-1 ta’ Settembru 2015, Pari Pharma vs EMA (T-235/15 R, EU:T:2015:587) hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top