EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0155

Kawża T-155/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Kaddour vs Il-Kunsill (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u restrizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ ta’ tranżitu fuq it-territorju tal-Unjoni — Talba ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà”)

ĠU C 221, 6.7.2015, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/21


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Kaddour vs Il-Kunsill

(Kawża T-155/15 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi u restrizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ ta’ tranżitu fuq it-territorju tal-Unjoni - Talba ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”))

(2015/C 221/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Khaled Kaddour (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: A. Boesch, D. Amaudruz u M. Ponsard, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Talba ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-miżuri imposti fuq ir-rikorrent skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/108, tas-26 ta’ Jannar 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 20, p. 2), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/117, tas-26 ta’ Jannar 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 20, p. 85).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top