Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0691

    Kawża T-691/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2017 – Marcas Costa Brava vs EUIPO – Excellent Brands JMI (Cremcaffé by Julius Meinl) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Cremcaffé by Julius Meinl — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti café crem — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

    ĠU C 78, 13.3.2017, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 78/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2017 – Marcas Costa Brava vs EUIPO – Excellent Brands JMI (Cremcaffé by Julius Meinl)

    (Kawża T-691/15) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Cremcaffé by Julius Meinl - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti café crem - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

    (2017/C 078/39)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Marcas Costa Brava, SL (Sils, Spanja) (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J. Manresa Medina, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Excellent Brands JMI Ltd (Baar, l-Isvizzera) (rappreżentant: D. Majer, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2015 (Każ R 2756/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Marcas Costa Brava u Excellent Brands JMI.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Marcas Costa Brava, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 48, 8.2.2016.


    Top