Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0564

    Kawża T-564/15 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni (Assistenza finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) – Settur tat-trasport għall-perijodu 2014-2020 – Sejħa għal proposti – Deċiżjoni li tistabbilixxi l-lista ta’ proposti magħżula – Ċaħda tal-proposta – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Trattament ugwali – Obbligu ta’ motivazzjoni)

    ĠU C 247, 27.7.2020, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 247/8


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-564/15 RENV) (1)

    (Assistenza finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) - Settur tat-trasport għall-perijodu 2014-2020 - Sejħa għal proposti - Deċiżjoni li tistabbilixxi l-lista ta’ proposti magħżula - Ċaħda tal-proposta - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Trattament ugwali - Obbligu ta’ motivazzjoni)

    (2020/C 247/12)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: Y. de Vries u J. de Kok, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kalėda u J. Samnadda, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5274 finali tat-13 ta’ Lulju 2015 finali li tistabbilixxi l-lista ta’ proposti magħżula sabiex jirċievu għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE), Settur tat-Tranport wara s-sejħa għal proposti tal-11 ta’ Settembru 2014 fuq il-bażi tal-Programm ta’ Ħidma Pluriennali.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV relatati mal-proċedura ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-Kawża C-635/16 P, kif ukoll mal-proċedura inizjali quddiem il-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-Kawża T-564/15.

    3)

    Spliethoff’s Bevrachtingskantoor hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-proċedura ta’ rinviju quddiem il-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-Kawża T-564/15 RENV.


    (1)  ĠU C 398, 30.11.2015.


    Top