This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TA0531
Case T-531/15: Judgment of the General Court of 6 December 2018 — Coveris Rigid France v Commission (Competition — Agreements, decisions and concerted practices — Retail food packaging market — Decision finding an infringement of Article 101 TFEU — Principle of personal liability — No economic continuity — Equal treatment)
Kawża T-531/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – Coveris Rigid France vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-imballaġġ għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Prinċipju ta’ responsabbiltà personali — Assenza ta’ kontinwità ekonomika — Ugwaljanza fit-trattament”)
Kawża T-531/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – Coveris Rigid France vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-imballaġġ għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Prinċipju ta’ responsabbiltà personali — Assenza ta’ kontinwità ekonomika — Ugwaljanza fit-trattament”)
ĠU C 65, 18.2.2019, p. 32–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – Coveris Rigid France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-531/15) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-imballaġġ għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Prinċipju ta’ responsabbiltà personali - Assenza ta’ kontinwità ekonomika - Ugwaljanza fit-trattament”))
(2019/C 65/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Coveris Rigid France, li kienet Coveris Rigid (Auneau) France (Auneau, Franza) (rappreżentanti: H. Meyer-Lindemann, C. Graf York von Wartenburg u L. Stammwitz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, F. Jimeno Fernández u L. Wildpanner, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4336 final tal-24 ta’ Ġunju 2014 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39563 – Ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Coveris Rigid France hija kkundannata għall-ispejjeż. |