EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0503

Kawża T-503/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2016 – Aranynektár vs EUIPO – Naturval Apícola (Natür-bal) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ Oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Natür-bal — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti NATURVAL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

ĠU C 222, 20.6.2016, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2016 – Aranynektár vs EUIPO – Naturval Apícola (Natür-bal)

(Kawża T-503/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ Oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Natür-bal - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti NATURVAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 222/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aranynektár Termékgyártó és Kereskedelmi KFT (Dunavarsány, l-Ungerija) (rappreżentant: I. Molnár, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Naturval Apícola, SL (Monserrat, Spanja) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano, D. Gabarre Armengol, G. Hinarejos Mulliez, E. Bayo de Gispert, J. Rodríguez Fuensalida, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 1158/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Naturval Apícola u Aranynektár Termékgyártó és Kereskedelmi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aranynektár Termékgyártó és Kereskedelmi KFT hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015.


Top