Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0495

    Kawża T-495/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2017 – Sociedad agraria de transformación n°9982 Montecitrus vs EUIPO – Spanish Oranges (MOUNTAIN CITRUS SPAIN) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Talba għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva MOUNTAIN CITRUS SPAIN — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti monteCitrus — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Identiċità tal-prodotti — Assenza ta’ xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

    ĠU C 144, 8.5.2017, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 144/38


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2017 – Sociedad agraria de transformación no9982 Montecitrus vs EUIPO – Spanish Oranges (MOUNTAIN CITRUS SPAIN)

    (Kawża T-495/15) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva MOUNTAIN CITRUS SPAIN - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti monteCitrus - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Identiċità tal-prodotti - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2017/C 144/50)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sociedad agraria de transformación no9982 Montecitrus (Pulpí, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Schifko u K. Sidat Humphreys, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Spanish Oranges, SL (Castellón, Spanja) (rappreżentant: F. Perez Arnau, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ġunju 2015 (Kawża R 871/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sociedad agraria de transformación no9982 Montecitrus u Spanish Oranges.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Sociedad agraria de transformación no9982 Montecitrus hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 354, 26.10.2015.


    Top