Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0018

Kawża T-18/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Philip Morris vs Il-Kummissjoni [“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti mfassla fil-kuntest tax-xogħol preparatorju għall-adozzjoni tad-Direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Drittijiet tad-difiża — Interess pubbliku superjuri”]

ĠU C 392, 24.10.2016, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Philip Morris vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-18/15) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti mfassla fil-kuntest tax-xogħol preparatorju għall-adozzjoni tad-Direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Drittijiet tad-difiża - Interess pubbliku superjuri”])

(2016/C 392/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Philip Morris Ltd (Richmond, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Nordlander u M. Abenhaïm, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2014) 3694540, tas-6 ta’ Novembru 2014, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti marbuta mal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ [ta’ prodotti] tat-tabakk u [ta’] prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, p. 1).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2014) 3694540, tas-6 ta’ Novembru 2014, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti marbuta mal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ [ta’ prodotti] tat-tabakk u [ta’] prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE, hija annullata sa fejn tirrifjuta l-aċċess għall-ewwel tliet sentenzi tat-tielet paragrafu tad-dokument Nru 6.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 107, 30.3.2015


Top