Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0138

Kawża F-138/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs Il-Parlament

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 78–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/78


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-138/15)

(2016/C 027/100)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni biex ittemm il-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti u pretensjoni għad-danni fir-rigward tad-dannu mhux materjali allegatament subit.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni bid-data tad-19 ta’ Diċembru 2014 biex ittemm il-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti;

jordna l-Parlament Ewropew li jikkompensa r-rikorrenti għad-dannu mhux materjali subit, stmat b’mod provviżorju fuq bażi ex aequo et bono f’EUR 20,000;

jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.


Top