Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0094

Kawża F-94/15: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2015 – ZZ vs SEAE

ĠU C 294, 7.9.2015, p. 83–84 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/83


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2015 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-94/15)

(2015/C 294/101)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad il-kontestazzjoni tar-rikorrrent tar-riżultat tal-elezzjonijiet għall-Kumitat tal-Persunal tas-SEAE.

Talbiet

Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-23 ta’ April 2015 li tivvalida l-elezzjonijiet għall-Kumitat tal-Persunal tas-SEAE li r-riżultat tagħhom ġie ppubblikat fis-17 ta’ Marzu 2015;

tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.


Top