This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015FN0058
Case F-58/15: Action brought on 20 April 2015 — ZZ v European Commission
Kawża F-58/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-58/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 213, 29.6.2015, p. 47–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/47 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-58/15)
(2015/C 213/76)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġux irrimborsati l-ispejjeż mediċi tar-raġel tar-rikorrenti, skont l-assigurazzjoni supplimentari tal-RCAM li hija kienet tibbenefika minnha kif ukoll li jiġu kkumpensati d-danni morali u materjali allegatament imġarrba
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Ispra tad-9 ta’ Lulju 2014, li tiċħad milli jiġu rrimborsati l-ispejjeż mediċi kif mitluba mir-rikorrenti fit-3 ta’ Jannar 2014; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-8 ta’ Jannar 2015, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tas-16 ta’ Settembru 2014, ikkompletata b’nota tad-29 ta’ Settembru 2014; |
— |
tordna l-kumpens għad-danni materjali tar-rikorrenti; |
— |
tordna l-kumpens għad-danni morali tar-rikorrenti evalwati ex aequo et bono għal EUR 5 000; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |