Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0047

    Kawża F-47/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 190, 8.6.2015, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.6.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 190/35


    Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-47/15)

    (2015/C 190/41)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: É. Boigelot, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

    Annullament tad-deċiżjoni li ma tintlaqax it-talba għall-għoti retroattiv ta’ allowance għall-ulied dipendenti favur żewġ ulied tal-konjuġi tar-rikorrenti, li jirrisjedu fid-domiċijlu tagħha ġimgħa minn tnejn, mid-data taż-żwieġ tagħhom, kif ukoll il-ħlas ta’ kumpens.

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni, tad-9 ta’ Diċembru 2014, u nnotifikata fis-16 ta’ Diċembru 2014, imma biss sa fejn l-Awtorità tal-Ħatra, wara li laqgħet it-talba fuq dan il-punt u ddeċidiet ġustament li tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Ġunju 2014 u li konsegwentement tagħtiha l-allowance għall-ulied dipendenti u l-benefiċċji relatati, iddeċidiet madankollu li ma tagħtix il-benefiċċju tal-għoti retroattiv tal-allowances inkwistjoni mid-data taż-żwieġ tagħha, u tagħtiha dan id-dritt għall-allowance għall-ulied dipendenti u għall-benefiċċji relatati biss mix-xahar tal-1 ta’ marzu 2014, jiġifieri l-ewwel jum tax-xahar li matulu r-rikorrenti ressqet it-talba tagħha għal eżami mill-ġdid;

    tikundanna f’kull każ lill-konvenuta, bħala kumpens u fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni sħiħa tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 33  375,99, bla ħsara għal kull żieda matul il-proċedura, bħala kumpens għad-dannu subit ikkawżat mill-konvenuta, bl-interessi moratorji bir-rata legali kif applikata fil-Belġju għas-snin inkwistjoni li jiddekorru mill-1 ta’ Settembru 2011 sad-data tal-ħlas sħiħ;

    f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha, konformement mal-Artikolu 87(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.


    Top