EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0045

Kawża F-45/15: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Europol

ĠU C 190, 8.6.2015, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/34


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Europol

(Kawża F-45/15)

(2015/C 190/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: J-J. Ghosez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-konvenut li ma jilqax it-talba tar-rikorrent li jingħata kuntratt għal żmien indeterminat.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda adottata mill-konvenut fil-31 ta’ Mejju 2014 u d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent bid-data tat-22 ta’ Diċembru 2014 li jiċħdulu, it-tnejn li huma, l-għoti ta’ kuntratt għal żmien indeterminat;

konsegwentement u b’mod prinċipali, jiddikjara li r-rikorrent ser jiġi propost kuntratt għal żmien indeterminat minn Europol fi tmiem il-kuntratt li għandu attwalment;

b’mod iktar sussidjarju, jekk jirriżulta li kellu jittieħed inkunsiderazzjoni biss il-kuntratt konkluż taħt il-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea (Kondizzjonijiet tal-impjieg), jiddikjara li r-rikorrent ser jiġi propost tieni kuntratt għal żmien determinat taħt il-Kondizzjonijiet tal-impjieg minn Europol fi tmiem il-kuntratt li għandu attwalment;

jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha tal-proċedura.


Top