EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0035

Kawża F-35/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 146, 4.5.2015, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/52


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-35/15)

(2015/C 146/73)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: C. Huglo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tilqax it-talba għall-għajnuna mressqa mir-rikorrent meta kien taħt investigazzjoni fuq serq ta’ fondi li kellhom imorru fil-baġit Komunitarju.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-AIPN tal-21 ta’ Novembru 2014, riċevuta fit-3 ta’ Diċembru 2014, li ċaħdet l-ilment Nru R/865/14 ippreżentat mir-rikorrent fil-5 ta’ Awwissu 2014;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas is-somma ta’ EUR 17  242,51, jew somma verjuri;

tikkundanna lil Il-Kummissjoni Ewropea tħallas is-somma ta’ EUR 3  000 għall-ispejjeż indiviżibbli kif ukoll għall-ispejjeż kollha, jew somma verjuri.


Top