EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0009

Kawża F-9/15: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Jannar 2015 – ZZ vs EMA

ĠU C 118, 13.4.2015, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/46


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2015 – ZZ vs EMA

(Kawża F-9/15)

(2015/C 118/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz u N. de Montigny, D. Verbeke u T. Van Lysbeth)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) li r-rikorrent jiġi sospiż mill-funzjonijiet tiegħu u talba għall-ħlas ta’ EUR 1 b’mod provviżorju bħala kumpens għad-danni morali u materjali allegatament sostnuti.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-EMA tal-31 ta’ Marzu 2014 li r-rikorrent jitqiegħed f’“non-active status” għal perijodu indeterminat;

jikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent EUR 1 b’mod provviżorju fuq id-danni morali u materjali sostnuti;

tikkundanna lil EMA għall-ispejjeż.


Top