EUR-Lex Dostop do prava EU

Nazaj na domačo stran EUR-Lex

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 62015FB0090

Kawża F-90/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Novembru 2015 – Ayres de Abreu vs KESE (Servizz pubbliku — Inammissibbiltà manifesta — Rappreżentanza minn avukat — Rikorrent li għandu l-kwalità ta’ avukat — Impossibbiltà ta’ rappreżentanza tar-rikorrent minn avukat li ma huwiex terz)

ĠU C 7, 11.1.2016, str. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/37


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Novembru 2015 – Ayres de Abreu vs KESE

(Kawża F-90/15)

((Servizz pubbliku - Inammissibbiltà manifesta - Rappreżentanza minn avukat - Rikorrent li għandu l-kwalità ta’ avukat - Impossibbiltà ta’ rappreżentanza tar-rikorrent minn avukat li ma huwiex terz))

(2016/C 007/49)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Antonio Ayres de Abreu (Cascais, il-Portugall)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-irtirar.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Antonio Ayres de Abreu għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


Na vrh