Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 62015FB0073

    Kawża F-73/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Novembru 2015 – FH vs Il-Parlament Ewropew (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Talba għall-ħlas ta’ allowances ta’ kuljum — Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda segwita b’deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda — Natura konfermattiva tad — deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda — Dekadenza — Inammissibbiltà manifesta”)

    ĠU C 7, 11.1.2016, s. 36—37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 7/36


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Novembru 2015 – FH vs Il-Parlament Ewropew

    (Kawża F-73/15) (1)

    ((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Talba għall-ħlas ta’ allowances ta’ kuljum - Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda segwita b’deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda - Natura konfermattiva tad - deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda - Dekadenza - Inammissibbiltà manifesta”))

    (2016/C 007/48)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: FH (rappreżentanti: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau u N. Chemaï, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jingħatax l-allowances ta’ kuljum wara t-trasferiment tiegħu mill-Kummissjoni, fejn kien assenjat mad-delegazzjoni tal-UE fil-Jemen, lejn il-Parlament Ewropew, fi Brussell.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud għaliex manifestament inammissibbli.

    2)

    Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn FH.


    (1)  ĠU C 245, 27.7. 2015, p. 50.


    Nahoru