This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0688
Case C-688/15: Request for a preliminary ruling from the Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (Lithuania) lodged on 21 December 2015 — Agnieška Anisimovienė and Others
Kawża C-688/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiais Teismas (il-Litwanja) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Agnieška Anisimovienė et
Kawża C-688/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiais Teismas (il-Litwanja) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Agnieška Anisimovienė et
ĠU C 106, 21.3.2016, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 106/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiais Teismas (il-Litwanja) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Agnieška Anisimovienė et
(Kawża C-688/15)
(2016/C 106/20)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos Aukščiausiais Teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agnieška Anisimovienė et
Konvenuti: AB bankas Snoras, fi stralċ; VĮ Indėlių ir investicijų draudimas; AB Šiaulių bankas, li tissuċċedi fid-drittijiet u fl-obbligi ta’ AB bankas FINASTA
1) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva depożiti (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jistgħu jitqiesu bħala depożiti, taħt din id-direttiva, fondi ddebitati bil-qbil mal-persuni jew ittrasferiti jew imħallsa minn dawn l-istess persuni fuq kont miftuħ f’isem istituzzjoni ta’ kreditu li tinsab f’istituzzjoni oħra ta’ kreditu? |
2) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva depożiti moqrija flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 8(3) ta’ din id-direttiva għandhom ikunu interpretati fis-sens li l-garanzija ta’ depożiti sal-ammont previst fl-Artikolu 7(1) għandha tkopri kull persuna li l-kreditu tagħha jista’ jiġi stabbilit qabel il-jum tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet previsti fl-Artikolu 1(3)(i) u (ii) tad-Direttiva depożiti? |
3) |
Id-definizzjoni ta’ “transazzjoni bankarja normali” hija importanti, fis-sens tad-Direttiva depożiti, sabiex il-kunċett ta’ depożitu jiġi interpretat bħala bilanċ ta’ kreditu minn tranżazzjonijiet bankarji? Fid-dawl ta’ din id-definizzjoni, il-kunċett ta’ depożitu tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva depożiti għandu jiġi interpretat ukoll? |
4) |
Jekk ir-risposta għat-tielet domanda hija affermattiva, kif għandhom jinftiehem u jiġi interpretat il-kunċett ta’ tranżazzjoni bankarja normali użat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva depożiti:
|
5) |
Fil-każ li l-fondi li ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ depożitu skont id-Direttiva depożiti, u fejn l-Istat Membru jkun għażel metodu ta’ traspożizzjoni tad-Direttivi depożitu u investituri (2) fid-dritt nazzjonali li jipprevedi li l-fondi li fuqhom id-depożitant għandu kreditu li ġej mill-impenn ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li tipprovdi servizzi ta’ investiment jitqiesu wkoll depożiti, il-protezzjoni tal-garanzija tad-depożiti tista’ tapplika biss jekk ikun stabbilit li istituzzjoni ta’ kreditu aġixxiet fil-każ speċifiku bħala impriża ta’ investiment u li l-fondi kienu ġew fdati lilha sabiex teżerċita attività ta’ investiment, fis-sens tad-Direttivi investituri u 2004/39/KE? (3) |
(1) Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 1994, dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malt, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 252).
(2) Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u Tal-Kunsill, tat-3 ta’ Marzu 1997, dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 311).
(3) Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263).