Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0667

    Kawża C-667/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Loterie Nationale – Nationale Loterij NV vs Paul Adriaensen et

    ĠU C 106, 21.3.2016, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 106/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Loterie Nationale – Nationale Loterij NV vs Paul Adriaensen et

    (Kawża C-667/15)

    (2016/C 106/14)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hof van beroep te Antwerpen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Loterie Nationale – Nationale Loterij NV

    Konvenuti: Paul Adriaensen, Werner De Kesel, The Right Frequency VZW

    Domanda preliminari

    Sabiex ikun applikabbli l-punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huwa meħtieġ li wieħed iqis li jkun hemm skema promozzjonali piramidali pprojbita biss jekk it-twettiq tal-wegħda finanzjarja magħmula lil membri eżistenti:

    ikun jiddependi essenzjalment jew prinċipalment fuq it-trasferiment dirett tal-kontribuzzjonijiet [finanzjarji] tal-membri l-ġodda (“rabta diretta”),

    jew

    huwa biżżejjed li t-twettiq ta’ din il-wegħda finanzjarja favur membri eżistenti jkun jiddependi essenzjalment jew prinċipalment fuq ħlas indirett permezz tal-kontribuzzjonijiet [finanzjarji] ta’ membri eżistenti, jiġifieri mingħajr ma l-membri eżistenti jiksbu l-kumpens tagħhom essenzjalment jew prinċipalment mill-bejgħ tagħhom stess jew mill-konsum tagħhom stess ta’ prodotti jew ta’ servizzi, iżda t-twettiq tal-wegħda finanzjarja magħmula lilhom ikun jiddependi essenzjalment jew prinċipalment mill-abbonament u mill-kontribuzzjonijiet [finanzjarji] ta’ membri ġodda (“rabta indiretta”)?


    (1)  ĠU 2005, L 149, p. 22.


    Top