This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0587
Case C-587/15: Request for a preliminary ruling from the Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (Lithuania) lodged on 12 November 2015 — Lietuvos Respublikos transporto priemonių draudikų biuras v Gintaras Dockevičius and Jurgita Dockevičienė
Kawża C-587/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-12 ta’ Novembru 2015 – Lietuvos Respublikos transporto priemonių draudikų biuras vs Gintaras Dockevičius u Jurgita Dockevičienė
Kawża C-587/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-12 ta’ Novembru 2015 – Lietuvos Respublikos transporto priemonių draudikų biuras vs Gintaras Dockevičius u Jurgita Dockevičienė
ĠU C 27, 25.1.2016, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-12 ta’ Novembru 2015 – Lietuvos Respublikos transporto priemonių draudikų biuras vs Gintaras Dockevičius u Jurgita Dockevičienė
(Kawża C-587/15)
(2016/C 027/21)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos Aukščiausiasis Teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellanti fil-kassazzjoni: Lietuvos Respublikos transporto priemonių draudikų biuras
Partijiet oħra fil-proċedimenti f’kassazzjoni: Gintaras Dockevičius u Jurgita Dockevičienė
Domandi preliminari
1. |
L-Artikoli 2, 10(1) u (4) u l-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2009/103 (1), l-Artikoli 3(4), 5(1) u (4), l-Artikoli 6(1) u 10 tar-Regolamenti Interni (2), u l-Artikolu 47 tal-Karta (flimkien jew separati, iżda mingħajr limitazzjoni għal dawn id-dispożizzjonijiet) għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ fejn:
l-applikant f’dawk il-proċeduri (Uffiċċju B) jista’ jibbaża l-pretensjoni tiegħu kontra l-konvenuti (il-persuna responsabbli u l-proprjetarju tal-karozza) biss abbażi tal-fatt ta’ ħlas tal-ispejjeż magħmul lill-Uffiċċju A u huwa (l-applikant) ma għandu l-ebda obbligu li jistabbilixxi li r-rekwiżiti li jirregolaw ir-responsabbiltà ċivili tal-konvenut/persuna responsabbli kienu ssodisfatti (żball tiegħu, atti illegali, rabta kawżali u l-ammont ta’ danni), u ma għandu l-ebda obbligu li jistabbilixxi li l-liġi barranija kienet ġiet applikata kif suppost meta l-parti li sofriet il-ħsara ġiet ikkumpensata? |
2. |
Il-punt (c) tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2009/103 u l-Artikolu 3(1) u (4) tar-Regolamenti Interni (flimkien jew separati, iżda mingħajr limitazzjoni għal dawn id-dispożizzjonijiet) għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li l-Uffiċċju A għandu, qabel ma jieħu d-deċiżjoni finali li jħallas il-kumpens għad-dannu mġarrab mill-parti li tkun sofriet il-ħsara, jinforma, b’mod ċara u li jinftiehem (inkluż fir-rigward tal-lingwa li fiha hija pprovduta l-informazzjoni), lill-persuna responsabbli u lill-proprjetarju tal-karozza (jekk dawn ma humiex l-istess persuna) dwar il-bidu tal-proċess li jittratta l-pretensjoni u l-progress tiegħu, u jagħtihom żmien suffiċjenti sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni, jew l-oġġezzjonijiet għad-deċiżjoni li għandha tittieħed biex jitħallas il-kumpens u/jew l-ammont ta’ dak il-kumpens? |
3. |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda hija negattiva (jiġifieri, il-konvenuti (il-persuna responsabbli u l-proprjetarju tal-karozza) jistgħu jirrikjedu li l-applikant (Uffiċċju B) jipprovdi evidenza jew jistgħu jqajjmu oġġezzjonijiet jew dubji dwar, inter alia, iċ-ċirkustanzi tal-inċident tat-traffiku, l-applikazzjoni tal-qafas regolatorju dwar ir-responsabbiltà ċivili tal-persuna responsabbli, l-ammont tad-danni u kif dan ġie kkalkolat), l-Artikoli 2, 10(1) u 24(2) tad-Direttiva 2009/103 u t-tieni subparagrafu tal-Artikoli 3(4) tar-Regolamenti Interni (flimkien jew separati, iżda mingħajr limitazzjoni għal dawn id-dispożizzjonijiet) għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li, minkejja l-fatt li l-Uffiċċju B ma kienx, qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni finali, talab lill-Uffiċċju A sabiex jipprovdi informazzjoni dwar l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż fejn seħħ l-inċident tat-traffiku u dwar il-ħlas tal-pretensjoni, l-Uffiċċju A għandu fi kwalunkwe każ jipprovdi din l-informazzjoni lill-Uffiċċju B jekk dan tal-aħħar jitlobha sussegwentement, flimkien ma kwalunkwe informazzjoni oħra neċessarja għall-Uffiċċju B sabiex jistabbilixxi l-pretensjoni tiegħu [għall-kumpens] kontra l-konvenuti (il-persuna responsabbli u l-proprjetarju tal-karozza)? |
4. |
Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda hija pożittiva (jiġiferi, l-Uffiċċju A għandu jinforma lill-persuna responsabbli u l-proprjetarju tal-karozza dwar il-proċess li jitratta l-pretensjoni u jgħatihom l-opportunità li jissottomettu oġġezzjonijiet dwar ir-responsabbiltà jew l-ammont tad-danni), il-fatt li l-Uffiċċju A jonqos milli josserva l-obbligu tiegħu li jipprovdi informazzjoni x’konsegwenzi jkollu:
|
5. |
L-Artikoli 5(1) u 10 tar-Regolamenti Interni għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li l-ammont imħallas bħala kumpens mill-Uffiċċju A lill-parti li tkun sofriet il-ħsara għandu jitqies bħala riskju li ma huwiex rimborsabbli meħud mill-Uffiċċju A innifsu (sakemm dan ir-riskju ma jkunx ittieħed mill-Uffiċċju B) iktar milli obbligu pekunjarju fuq il-persuna l-oħra involuta fl-istess inċident tat-traffiku, fid-dawl, a fortiori, taċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ:
|
(1) Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU 2009, L 263, p. 11).
(2) Regolament ġenerali tal-Kunsill tal-Uffiċċji, adottat permezz ta’ ftehim konkluż fit-30 ta’ Mejju 2002 bejn l-Uffiċċji Nazzjonali tal-Assiguraturi tal-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea u tal-Istati assoċjati l-oħra u li jidher fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/564, tat-28 ta’ Lulju 2003, dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar verifiki fuq assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 55).