Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0584

    Kawża C-584/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Melun (Franza) fil-11 ta’ Novembru 2015 – Glencore Céréales France vs Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

    ĠU C 38, 1.2.2016, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 38/30


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Melun (Franza) fil-11 ta’ Novembru 2015 – Glencore Céréales France vs Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

    (Kawża C-584/15)

    (2016/C 038/43)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal administratif de Melun

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Glencore Céréales France

    Konvenut: Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

    Domandi preliminari

    1)

    Mill-kliem tad-deċiżjoni tad-9 ta’ Marzu 2012, dwar il-Kawża C-564/10 Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung vs Pfeifer & Langen KG, jista’ jiġi dedott li l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 (1) li jistabbilixxi s-sistema ta’ preskrizzjoni fid-dritt Komunitarju huwa applikabbli għal miżuri intiżi għall-ħlas tal-interessi dovuti skont l-Artikolu 52 tar-Regolament KE Nru 800/1999 (2) u skont l-Artikolu 5a tar-Regolament KE Nru 770/96 (3)?

    2)

    Il-kreditu relatat mal-interessi għandu jitqies bħala li jirriżulta minn natura tiegħu minn irregolarità “kontinwa jew ripetuta”, li tintemm fil-jum tal-ħlas tal-ammont prinċipali, u għaldaqstant jiddifferixxi sa din id-data l-bidu tad-dekorrenza tal-preskrizzjoni fir-rigward tiegħu?

    3)

    Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda 2, il-bidu tad-dekorrenza tal-preskrizzjoni għandu jiġi stabbilit fil-jum tat-twettiq tal-irregolarità li tat lok għall-kreditu prinċipali, jew dan jista’ jiġi stabbilit biss fil-jum tal-ħlas tal-għajnuna jew tar-rilaxx tal-garanzija li jikkorrispondi għall-bidu tad-dekorrenza tal-kalkolu ta’ dawn l-interessi?

    4)

    Għall-applikazzjoni tar-regoli ta’ preskrizzjoni stabbiliti permezz tar-Regolament Nru 2988/95, għandu jitqies li kull att li jinterrompi l-preskrizzjoni fir-rigward tal-kreditu prinċipali jinterrompi wkoll il-preskrizzjoni għaddejja fir-rigward tal-interessi, anki jekk ma jsir ebda riferiment għalihom fl-atti li jinterrompu l-preskrizzjoni li jikkonċernaw il-kreditu prinċipali?

    5)

    Il-preskrizzjoni hija akkwistata permezz tal-iskadenza tat-terminu massimu previst fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 jekk, f’dan it-terminu, l-organu li jħallas jitlob ir-rimbors tal-għajnuna mħallsa indebitament, mingħajr ma jitlob fl-istess ħin il-ħlas tal-interessi?

    6)

    It-terminu ġenerali ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin, introdott fid-dritt nazzjonali fl-Artikolu 2224 tal-kodiċi ċivili permezz tal-Liġi Nru 2008-561, tas-17 ta’ Ġunju 2008, seta’ jissostitwixxi, għall-preskrizzjonijiet li jkunu għadhom ma ġewx akkwistati fil-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ 4 snin previst mir-Regolament Nru 2988/95 b’applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-regolament?


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).

    (2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999, tal-15 ta’ April 1999, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 129).

    (3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 770/96, tas-26 ta’ April 1996, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3002/92 li jistabbilixxi r-regoli komuni dettaljati sabiex ikun verifikat l-użu u/jew destinazzjoni tal-prodotti ta’ intervent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 7, p. 173).


    Top