Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0572

    Kawża C-572/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fit-2 ta’ Novembru 2015 – F. Hoffmann-La Roche AG vs Accord Healthcare OÜ

    ĠU C 27, 25.1.2016, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 27/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fit-2 ta’ Novembru 2015 – F. Hoffmann-La Roche AG vs Accord Healthcare OÜ

    (Kawża C-572/15)

    (2016/C 027/16)

    Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

    Qorti tar-rinviju

    Riigikohus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: F. Hoffmann-La Roche AG

    Konvenuta: Accord Healthcare OÜ

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kodifikata), għandu jiġi interpretat fis-sens li jinvolvi t-tqassir tat-terminu ta’ validita ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari li nħareġ minn Stat Membru skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali qabel l-adeżjoni ta’ dan l-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea u li l-perijodu ta’ validità tiegħu fir-rigward tal-ingredjent attiv huwa, skont l-indikazzjonijiet li jidhru fiċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari, ta’ iktar minn 15 il-sena sa mill-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, fl-Unjoni Ewropea, tal-prodott mediċinali li jikkonsisti f’dan l-ingredjent attiv jew li jinkludih?

    2)

    Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, għandu jitqies li l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Nru 469/2009, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kodifikata) huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni Ewropea li jirrigwardaw il-protezzjoni tad-drittijiet kweżiti, il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?


    (1)  ĠU L 152, p. 1


    Top