Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0543

Kawża C-543/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-19 ta’ Ottubru 2015 – Association nationale des opérateurs détaillants en énergie (ANODE) vs Premier ministre, Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie

ĠU C 16, 18.1.2016, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-19 ta’ Ottubru 2015 – Association nationale des opérateurs détaillants en énergie (ANODE) vs Premier ministre, Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie

(Kawża C-543/15)

(2016/C 016/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association nationale des opérateurs détaillants en énergie (ANODE).

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie.

Domandi preliminari

L-Artikoli 34 u 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu mekkaniżmu ta’ kapaċità fis-settur tal-elettriku bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huwa deskritt b’mod partikolari fil-punti 1, 15 u 17 sa 19 ta’ din id-deċiżjoni?

B’mod partikolari:

a)

Għalkemm il-mekkaniżmu jħallas il-kapaċitajiet biss skont id-disponibbiltà tagħhom u mhux skont il-produzzjoni effettiva tagħhom, u fid-dawl tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti tal-interkonnessjonijiet fid-determinazzjoni tal-obbligi tal-fornituri, tat-tip li ddgħajjef ir-rabta kawżali bejn l-esklużjoni tal-kapaċitajiet barranin mill-mekkaniżmu, kif imsemmija fid-digriet, u l-effett restrittiv fuq l-iskambji transkonfinali tal-enerġija elettrika li tista’ tirriżulta minnha, f’termini tal-għażla tal-allokazzjoni tar-riżorsi tal-investituri u tal-għażla tal-provvista tal-fornituri, l-Artikolu 34 tat-Trattat għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi tali miżura ta’ esklużjoni?

b)

Fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-qafas legali Ewropew li jirregola s-suq intern tal-enerġija elettrika, l-għan tal-sigurtà tal-provvista tal-enerġija elettrika għall-populazzjoni ta’ Stat Membru jista’ jiġi kopert mill-kunċett ta’ sigurtà pubblika previst fl-Artikolu 36 tat-Trattat?

c)

Fid-dawl b’mod partikolari tal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lill-Istati Membri fir-rigward tad-definizzjoni tal-politika li tiżgura s-sigurtà ta’ provvista tal-enerġija elettrika, liema huma l-kriterji li jistgħu jippermettu li jiġi vverifikat jekk mekkaniżmu ta’ kapaċità bbażat fuq is-suq u deċentralizzat, li jinvolvi, fl-istat attwali tas-suq Ewropew tal-elettriku, miżura ta’ esklużjoni tal-kapaċitajiet barranin ikkompensati mit-teħid inkunsiderazzjoni tal-interkonnessjonijiet fid-determinazzjoni tal-obbligi tal-fornituri, jistax jissodisfa r-rekwiżit ta’ propozjonalità meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 36 tat-Trattat?


Top