EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0539

Kawża C-539/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-15 ta’ Ottubru 2015 – Daniel Bowman vs Pensionsversicherungsanstalt

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-15 ta’ Ottubru 2015 – Daniel Bowman vs Pensionsversicherungsanstalt

(Kawża C-539/15)

(2016/C 027/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Daniel Bowman.

Konvenuta: Pensionsversicherungsanstalt

Domanda preliminari

1.

L-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, moqri flimkien mal-Artikolu 2(1) u (2) u mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 (1) u flimkien mal-Artikolu 28 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens:

a)

li regola inkluża fi ftehim kollettiv li, għall-perijodi ta’ attività mwettqa fil-bidu tal-karriera, tipprevedi terminu ta’ avvanz itwal u tagħmel għalhekk l-avvanz fl-iskala sussegwenti iktar diffiċli, tinkludi differenza fit-trattament indiretta bbażata fuq l-età?

b)

jekk ir-risposta hija affermattiva, tali regola hija xierqa u neċessarja minħabba, b’mod partikolari, l-esperjenza professjonali limitata miksuba fil-bidu tal-karriera?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


Top