Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0478

    Kawża C-478/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden -Württemberg (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Settembru 2015 – Peter Radgen, Lilian Radgen vs Finanzamt Ettlingen

    ĠU C 16, 18.1.2016, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 16/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden -Württemberg (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Settembru 2015 – Peter Radgen, Lilian Radgen vs Finanzamt Ettlingen

    (Kawża C-478/15)

    (2016/C 016/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Baden – Württemberg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Peter Radgen, Lilian Radgen

    Konvenuta: Finanzamt Ettlingen

    Domanda preliminari

    Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (ĠU 2002 L 114, p. 66), partikolarment il-preambolu tiegħu, l-Artikoli 1, 2, 4, 11, 16 u 21 tiegħu kif ukoll l-Artikoli 7, 9 u 15 tal-Anness I tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu regola ta’ Stat Membru li tirrifjuta lil ċittadin suġġett għat-taxxa b’mod illimitat f’dan l-Istat il-benefiċċju ta’ tnaqqis għal attività ta’ tagħlim b’mod anċillari, minħabba li din ma hijiex eżerċitata għas-servizz jew għan-nom ta’ persuna ġuridika tad-dritt pubbliku stabbilta fi Stat Membru tal-Unjoni jew fi Stat li fih japplika l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, iżda għas-servizz jew għan-nom ta’ persuna ġuridika tad-dritt pubbliku fit-territorju tal-Konfederazzjoni Svizzera?


    Top