EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0471

Kawża C-471/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fis-7 ta’ Settembru 2015 – Sjelle Autogenbrug I/S vs Skatteministeriet

ĠU C 363, 3.11.2015, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fis-7 ta’ Settembru 2015 – Sjelle Autogenbrug I/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-471/15)

(2015/C 363/32)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sjelle Autogenbrug I/S

Konvenut: Skatteministeriet

Domanda preliminari

Fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, parts minn vetturi li ma għadhomx jintużaw li impriża ta’ vetturi użati mill-ġdid irreġistrata għall-finijiet tal-VAT tneħħi minn vettura bil-għan li tbiegħ mill-ġdid bħala spare parts, jistgħu jitqiesu bħala oġġetti użati kif imsemmija fl-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (Direttiva tal-VAT)?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1.


Top