EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0373

Kawża C-373/15 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 mir-Repubblika Franċiża mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-30 ta’ April 2015 fil-Kawża T-259/13, Franza vs Il-Kummissjoni

ĠU C 294, 7.9.2015, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/48


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 mir-Repubblika Franċiża mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-30 ta’ April 2015 fil-Kawża T-259/13, Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-373/15 P)

(2015/C 294/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Alabrune, G. de Bergues, D. Colas u C. Candat, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-30 ta’ April 2015, fil-Kawża T-259/13, Franza vs Il-Kummissjoni;

tiddeċiedi l-kawża hija stess b’mod definittiv billi tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Frar 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1) safejn din teskludi ċerti spejjeż magħmula mir-Repubblika Franċiża marbuta mal-Assi 2 tal-programm tal-iżvilupp rurali eżagonali abbażi tas-snin finanzjari 2008 u 2009, jew tirrinvijja l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi l-kawża;

tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, il-Gvern Franċiż jinvoka tliet aggravji kontra s-sentenza appellata.

Permezz tal-ewwel aggravju, il-Gvern Franċiż isostni li l-Qorti Ġenerali wetqet żball ta’ liġi billi ma qajmitx ex offiċio motiv ibbażat fuq il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali filwaqt li l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata tagħha wara l-iskadenza ta’ terminu raġonevoli.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, invokat sussidjarjament, il-Gvern Franċiż isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kkunsidrat li l-Kummissjoni ma kinitx interpretat b’mod żbaljat l-Artikoli 10 u 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006, tas-7 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali (2) (iktar 'il quddiem ir-“Regolament Nru 1975/2006”) billi obbligat lill-awtoritajiet Franċiżi li jgħoddu l-annimali waqt kontrolli fuq il-post imwettqa abbażi tal-miżuri ta’ għajnuna KKIN (“Konċessjonijiet Kumpensatorji għall-Iżvantaġġi Naturali”).

Permezz tat-tielet aggravju tagħha, invokat iktar sussidjarjament, il-Gvern Franċiż isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kkunsidrat li l-verifiki fuq il-post imwettqa fil-kuntest tal-ġestjoni tal-identifikazzjoni tal-bovini jew tal-primjums tan-nagħaġ ma jikkostitwixxux kontrolli fuq il-post skont l-Artikoli 12 et seq tar-Regolament Nru 1975/2006.

Konsegwentement, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata safejn din tiċħad l-ewwel motiv imqajjem mill-Gvern Franċiż kontra d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 67, p. 20

(2)  ĠU L 330M, p. 455


Top