This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0335
Case C-335/15: Request for a preliminary ruling from the Consiglio di Stato (Italy) lodged on 3 July 2015 — Maria Cristina Elisabetta Ornano v Ministero della Giustizia, Direzione Generale dei Magistrati del Ministero
Kawża C-335/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-3 ta’ Lulju 2015 – Maria Cristina Elisabetta Ornano vs Ministero della Giustizia, Direzione Generale dei Magistrati del Ministero
Kawża C-335/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-3 ta’ Lulju 2015 – Maria Cristina Elisabetta Ornano vs Ministero della Giustizia, Direzione Generale dei Magistrati del Ministero
ĠU C 294, 7.9.2015, p. 41–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294/41 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-3 ta’ Lulju 2015 – Maria Cristina Elisabetta Ornano vs Ministero della Giustizia, Direzione Generale dei Magistrati del Ministero
(Kawża C-335/15)
(2015/C 294/53)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maria Cristina Elisabetta Ornano
Konvenut: Ministero della Giustizia, Direzione Generale dei Magistrati del Ministero
Domanda preliminari
1. |
L-ewwel paragrafu, punti 1, 2(b) u 3 tal-Artikolu 11 u l-aħħar żewġ premessi tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE (1), tad-19 ta’ Ottubru 1992, kif ukoll l-Artikolu 157(1), (2) u (4) TFUE (li kien Artikolu 141 TKE), l-Artikolu 158 TFUE (li kien Artikolu 142 TKE), sa fejn dan jipprevedi li “[l-]Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jżommu l-ugwaljanza eżistenti bejn skemi ta’ vaganzi bil-ħlas”, l-Artikoli 2(2)(ċ) u 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/54/KE (2), moqrija flimkien, kif ukoll l-Artikolu 15 u l-premessi 23 u 24 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, u, fl-aħħar nett, l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2000, C 364, p. 1), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, skont l-Artikolu 3(1) tal-Liġi Nru 27, tad-19 ta’ Frar 1981, fil-verżjoni preċedenti għall-emenda introdotta bl-Artikolu 1(325) tal-Liġi Nru 311, tat-30 ta’ Diċembru 2004, ma tippermettix l-għoti tal-allowance li hija tipprevedi għall-perijodi ta’ leave obbligatorju tal-maternità ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 2005? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110).
(2) Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 204, p. 23).