Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0304

    Kawża C-304/15: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

    ĠU C 302, 14.9.2015, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 302/18


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

    (Kawża C-304/15)

    (2015/C 302/23)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici, S. Petrova, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

    Talbiet

    tiddikjara u tiddeċiedi li, billi ma applikax korrettament id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (1) f’dak li jirrigwarda l-impjant “Aberthaw Power Station”, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4(3) moqri flimkien mal-Parti A tal-Anness VI tad-Direttiva 2001/80/KE dwar il-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni;

    tikkundanna lil Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-Kummissjoni tqis li r-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu li japplika korrattement l-Artikolu 4(3), moqri flimkien mal-Parti A tal-Anness VI La tad-Direttiva 2001/80/KE dwar il-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni f’dak li jirrigwarda l-impjant “Aberthaw Power Station”. L-Aberthaw Power Station, li hija ċentrali elettrika li taħdem bil-faħam b’kapaċità termika nominali ta’ 4  090 MWth u li taqa’ għaldaqstant fil-kategorija ta’ impjanti li għandhom kapaċità superjuri għal 500 MWth, teċċedi l-limitu ta’ emissjoni applikabbli għall- ossidi tan-nitroġenu (NOx) skontt għall-Artikolu 4(3) tad-direttiva imsemmija iktar ’il fuq, moqri flimkien mal-Artikolu 14(1)(a) u l-Parti A tal-Anness. Skont id-dispożizzjonijiet applikabbli, mill-1 ta’ Jannar 2008, ir-Renju Unit għandu d-dmir li jiżgura ruħu li impjant ta’ din il-kapaċità ma jeċċedix il-limitu ta’ 500 mg/Nm3 għan-NOx, imnaqqas għal 200 mg/Nm3 minn Jannar 2016. Madankollu, il-limitu ta’ emissjonijiet tal-impjant kif stabbilit fl-awtorizzazzjoni tal-impjant hija attwalment ta’ 1  050 mg/Nm3 għan-NOx.


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 299


    Top