Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0302

    Kawża C-302/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo Tarragona (Spanja) fid-19 ta’ Ġunju 2015 – Correos y Telégrafos S.A. vs Ayuntamiento de Vila Seca

    ĠU C 294, 7.9.2015, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 294/35


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo Tarragona (Spanja) fid-19 ta’ Ġunju 2015 – Correos y Telégrafos S.A. vs Ayuntamiento de Vila Seca

    (Kawża C-302/15)

    (2015/C 294/45)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado Contencioso-Administrativo Tarragona

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Correos y Telégrafos S.A.

    Konvenut: Ayuntamiento de Vila Seca

    Domanda preliminari

    L-Artikoli 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u 7 tad-Direttiva 2008/6/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008, li temenda d-Direttiva 97/67/KE (2) dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi, bħala mezz sabiex tiffinanzja s-servizz postali universali, l-eżenzjoni mit-taxxi marbuta ma’ dan is-servizz?


    (1)  ĠU L 52, p. 3

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71


    Top