Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0264

    Kawża C-264/15 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2015 minn Makro autoservicio mayorista SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Sitt Awla) fit-12 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-269/12: Makro autoservicio mayorista vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 294, 7.9.2015, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 294/23


    Appell ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2015 minn Makro autoservicio mayorista SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Sitt Awla) fit-12 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-269/12: Makro autoservicio mayorista vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-264/15 P)

    (2015/C 294/29)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Makro autoservicio mayorista SA (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja

    Talbiet

    L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla fl-intier tagħha, is-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-269/12;

    tiddikjara r-rikors ammissibbli;

    tirrinvijja l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni fuq il-mertu tar-rikors;

    tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Dan l-appell huwa ppreżentat minn Makro Autoservicio Mayorista SA kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-269/12, Makro autoservicio mayorista SA vs Il-Kummissjoni, li fih il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għal annullament kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea COM (2010) 22 finali, peress li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma kinitx tikkonċerna lill-appellanti direttament.

    L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi sa fejn l-awtoritajiet Spanjoli ma għandhom l-ebda marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tar-riżultat meta dawn jimplementaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni u li, għaldaqstant, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tikkonċernaha direttament.

    B’mod iktar partikolari, l-appellanti tinvoka l-aggravji li ġejjin insostenn tal-appell tagħha:

    Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom marġni ta’ diskrezzjoni fl-implementazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-appellanti.

    Anki jekk l-awtoritajiet nazzjonali għandhom marġni ta’ diskrezzjoni (li ma nikkunsidrax li huwa l-każ), il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li l-eżistenza nnifisha ta’ setgħa diskrezzjonali ma hijiex suffiċjenti sabiex jiġi eskluż li l-appellanti hija kkonċernata direttament.

    Il-Qorti Ġenerali wettqet żball fil-klassifikazzjoni legali tal-elementi fattwali, jew żnaturathom.


    Top