Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0256

Kawża C-256/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Drago Nemec vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

ĠU C 302, 14.9.2015, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Drago Nemec vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-256/15)

(2015/C 302/18)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Drago Nemec

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Domandi preliminari

1)

It-tielet paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/35/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sistema fejn tinħareġ awtorizzazzjoni lil persuni fiżiċi sabiex iwettqu attività eknomika, li għandha espressament tinkludi riferiment għall-attività konkretament awtorizzata, ma għandux jitqies li teżisti impriża u, għaldaqstant, lanqas ma teżisti tranżazzjoni kummerċjali fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, meta t-tranżazzjoni legali li minnha tirriżulta tardività fil-ħlas tirreferi għal attività li ma taqax taħt din l-awtorizzazzjoni?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti:

2)

It-tielet paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/35/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika għandha titqies li hija impriża u li t-tranżazzjoni legali li minnha tirriżulta tardività fil-ħlas tikkostitwixxi tranżazzjoni kummerċjali fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, meta t-tranżazzjoni legali ma taqax fl-ambitu tal-attività rreġistrata tal-imsemmija persuna fiżika iżda, min-natura tagħha, tista’ tkun attività eknomika u tkun inħarġet fattura għal din it-tranżazzjoni?

3)

Il-prinċipju li interessi minħabba ħlas tardiv jieqfu jiddekorru meta l-ammont tal-interessi akkumulati u mhux imħallsa jilħaq l-ammont prinċipali dovut (prinċipju ne ultar alterum tantum) huwa kontra d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/35?


(1)  Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 226)


Top