EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0202
Case C-202/15: Request for a preliminary ruling from the Commissione Tributaria Regionale di Milano (Italy) lodged on 29 April 2015 — Agenzia delle Entrate — Direzione Regionale Lombardia v H3G SpA.
Kawża C-202/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Milano (l-Italja) fid-29 ta’ April 2015 – Agenzia delle Entrate – Direzione Regionale Lombardia Ufficio Contenzioso vs H3 g SpA
Kawża C-202/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Milano (l-Italja) fid-29 ta’ April 2015 – Agenzia delle Entrate – Direzione Regionale Lombardia Ufficio Contenzioso vs H3 g SpA
ĠU C 262, 10.8.2015, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Milano (l-Italja) fid-29 ta’ April 2015 – Agenzia delle Entrate – Direzione Regionale Lombardia Ufficio Contenzioso vs H3 g SpA
(Kawża C-202/15)
(2015/C 262/03)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Regionale di Milano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agenzia delle Entrate – Direzione Regionale Lombardia Ufficio Contenzioso
Konvenuta: H3 g SpA
Domandi preliminari
1) |
Peress li l-leġiżlatur Taljan eżerċita s-setgħa mogħtija mill-Artikolu 90(2) u mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) (u, qabel l-adozzjoni tagħha, mill-Artikolu 11(Ċ)(1) u mit-tieni sentenza tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE (2)), li jirrigwardaw rispettivament it-tnaqqis tal-bażi taxxabbli u l-aġġustament tal-VAT dovuta fuq it-tranżazzjonijiet taxxabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-korrispettiv stabbilit bejn il-partijiet kontraenti, huwa konformi mal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ effettività, iggarantiti mit-TFUE, u mal-prinċipji ta’ newtralità li jirregolaw l-applikazzjoni tal-VAT, li jiġu imposti limiti li jagħmluha impossibbli jew eċċessivament diffiċli għall-persuna taxxabbli li tirkupra t-taxxa fuq il-korrispettiv li baqa’ parzjalment jew totalment mhux imħallas? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, dispożizzjoni bħall-Artikolu 26(2) tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 633/1972 li, skont il-prassi tal-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea, tissuġġetta d-dritt għall-irkupru tat-taxxa għas-sodisfazzjon tal-prova li kienu ttieħdu proċeduri ta’ insolvenza jew miżuri ta’ eżekuzzjoni mingħajr suċċess, anki meta tali azzjonijiet ma humiex raġonevolment ekonomiċi meta wieħed jieħu inkunsiderazzjoni l-ammont tal-kreditu allegat, il-prospetti tal-irkupru tiegħu u l-ispejjeż tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni jew tal-proċeduri ta’ insolvenza, hija kompatibbli mal-prinċipji mfakkra iktar ’il fuq? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).
(2) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).