EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0174

Kawża C-174/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ April 2015 – Vereniging Openbare Bibliotheken vs Stichting Leenrecht, intervenjenti: Nederlands Uitgeversverbond et

ĠU C 213, 29.6.2015, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ April 2015 – Vereniging Openbare Bibliotheken vs Stichting Leenrecht, intervenjenti: Nederlands Uitgeversverbond et

(Kawża C-174/15)

(2015/C 213/27)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vereniging Openbare Bibliotheken

Konvenuta: Stichting Leenrecht

Intervenjenti: Nederlands Uitgeversverbond, Stichting LIRA, Stichting Pictoright

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 1(1), 2(1)(b) u 6(1) tad-Direttiva 2006/15 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “self” fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ikopri wkoll id-disponibbiltà għall-użu ta’ rumanzi, ġabriet ta’ stejjer, bijografiji, kotba tal-ivvjaġġar, kotba għat-tfal u letteratura għaż-żgħażagħ li huma protetti mid-drittijiet tal-awtur, mhux għal vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali dirett jew indirett u li tkun twettqet minn stabbiliment li jkun aċċessibbli għall-pubbliku

billi jqiegħed kopja f’forma diġitali (riproduzzjoni A) fis-server tal-istabbiliment, u billi jagħti possibbiltà lill-utent li jirriproduċi din il-kopja billi jniżżilha fil-kompjuter tiegħu (riproduzzjoni B),

meta l-kopja magħmula mill-utent matul it-tniżżil (riproduzzjoni B) ma hijiex iktar utilizzabbli wara li jiskadi perijodu limitat, u

meta utenti oħra ma jistgħux iniżżlu l-kopja (riproduzzjoni A) fil-kompjuter tagħhom matul dan il-perijodu?

2)

F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/115 u/jew dispożizzjoni oħra tad-dritt tal-Unjoni jipprekludu lill-Istati Membri milli jissuġġettaw l-applikazzjoni tal-limitazzjoni tad-dritt ta’ self imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/115 għall-kundizzjoni li l-kopja tax-xogħol li tkun saret disponibbli mill-istabbiliment (riproduzzjoni A) kienet tqiegħdet fiċ-ċirkulazzjoni permezz tal-ewwel bejgħ ta’ din il-kopja jew permezz tal-ewwel trasferiment ieħor ta’ proprjetà fl-Unjoni mid-detentur jew bil-kunsens tiegħu fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/29 (2)?

3)

F’każ ta’ risposta negattiva għad-domanda 2, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/115 jistabbilixxi rekwiżiti oħra dwar l-oriġini tal-kopja li l-istabbiliment għamel disponibbli (riproduzzjoni A), pereżempju r-rekwiżit li din il-kopja tkun inkisbet minn sors legali?

4)

F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 2, l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ewwel bejgħ ta’ oġġett jew l-ewwel trasferiment ieħor ta’ proprjetà fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jippermetti disponibbiltà għall-użu, minn distanza, għal perijodu mingħajr limitu ta’ kopja diġitali permezz ta’ tniżżil online ta’ rumanzi, ġabriet ta’ stejjer, bijografiji, kotba tal-ivvjaġġar, kotba għat-tfal u letteratura għaż-żgħażagħ li huma protetti mid-drittijiet tal-awtur?


(1)  Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 376, p. 28).

(2)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).


Top