This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0148
Case C-148/15: Request for a preliminary ruling from the Oberlandesgericht Düsseldorf (Germany) lodged on 30 March 2015 — Deutsche Parkinson Vereinigung e.V. v Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs e.V.
Kawża C-148/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Marzu 2015 – Deutsche Parkinson Vereinigung e.V. vs Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs e.V.
Kawża C-148/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Marzu 2015 – Deutsche Parkinson Vereinigung e.V. vs Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs e.V.
ĠU C 213, 29.6.2015, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Marzu 2015 – Deutsche Parkinson Vereinigung e.V. vs Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs e.V.
(Kawża C-148/15)
(2015/C 213/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniz
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deutsche Parkinson Vereinigung e.V.
Konvenuta: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs e.V.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-iffissar ta’ prezzijiet imposti għall-prodotti mediċinali mogħtija bi preskrizzjoni tat-tabib, stipulat mid-dritt nazzjonali, jikkostitwixxi miżura li għandha effett ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE? |
2) |
Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fl-affermattiv għall-ewwel domanda: l-iffissar tal-prezzijiet imposti għall-prodotti mediċinali mogħtija bi preskrizzjoni tat-tabib huwa ġġustifikat skont l-Artikolu 36 TFUE għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja ta’ persuni, b’mod partikolari jekk huwa biss b’dan il-mod li tista’ tiġi ggarantita fil-Ġermanja kollha, partikolarment fiż-żoni rurali, provvista uniformi ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni li tkopri t-territorju kollu? |
3) |
Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fl-affermattiv għat-tieni domanda: liema rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfatti sabiex jiġi kkonstatat ġudizzjarjament li s-sitwazzjoni prevista fit-tieni parti tat-tieni domanda fil-fatt teżisti? |