Is sliocht ón suíomh gréasáin EUR-Lex atá sa doiciméad seo
Doiciméad 62015CN0056
Case C-56/15 P: Appeal brought on 6 February 2015 by Global Steel Wire, S.A. against the order of the General Court (Sixth Chamber) delivered on 25 November 2014 in Joined Cases T-429/10 and T-578/10 and in Case T-438/12 Global Steel Wire v Commission
Kawża C-56/15 P: Appell ippreżentat fis- 6 ta’ Frar 2015 minn Global Steel Wire, S.A. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil- 25 ta’ Novembru 2014 fil-Kawżi magħquda T-429/10 u T-578/10, u fil-Kawża T-438/12, Global Steel Wire vs Il-Kummissjoni
Kawża C-56/15 P: Appell ippreżentat fis- 6 ta’ Frar 2015 minn Global Steel Wire, S.A. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil- 25 ta’ Novembru 2014 fil-Kawżi magħquda T-429/10 u T-578/10, u fil-Kawża T-438/12, Global Steel Wire vs Il-Kummissjoni
ĠU C 118, 13.4.2015, lgh. 21-22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118/21 |
Appell ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 minn Global Steel Wire, S.A. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-25 ta’ Novembru 2014 fil-Kawżi magħquda T-429/10 u T-578/10, u fil-Kawża T-438/12, Global Steel Wire vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-56/15 P)
(2015/C 118/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Global Steel Wire, S.A. (rappreżentanti: F. González Díaz u A. Tresandi Blanco, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 fil-Kawżi magħquda T-429/10 u T-578/10 u fil-Kawża T-438/12, Global Steel Wire vs Il-Kummissjoni |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kemm ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll dawk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka aggravju wieħed.
L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-interess ta’ Global Steel Wire li tressaq kawża, kemm fir-rikors għal annullament fil-Kawża T-578/10 kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni C(2010) 4387 (finali) dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), kif ukoll fl-adattament tal-motivi tar-rikors u tat-talbiet ifformulati fil-Kawża T-429/10 fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni C(2010) 4387 (finali) dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing).