EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0054

Kawża C-54/15 P: Appell ippreżentat fis- 6 ta’ Frar 2015 minn Trefilerías Quijano, S.A. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil- 25 ta’ Novembru 2014 fil-Kawżi magħquda T-427/10 u T-576/10, u fil-Kawża T-439/12, Trefilerías Quijano vs Il-Kummissjoni

ĠU C 118, 13.4.2015, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/20


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 minn Trefilerías Quijano, S.A. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-25 ta’ Novembru 2014 fil-Kawżi magħquda T-427/10 u T-576/10, u fil-Kawża T-439/12, Trefilerías Quijano vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-54/15 P)

(2015/C 118/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Trefilerías Quijano, S.A. (rappreżentanti: F. González Díaz u A. Tresandi Blanco, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 fil-Kawżi magħquda T-427/10 u T-576/10 u fil-Kawża T-439/12, Trefilerías Quijano vs Il-Kummissjoni

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kemm ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll dawk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka aggravju wieħed.

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-interess ta’ Trefilerías Quijano SA li tressaq kawża, kemm fir-rikors għal annullament fil-Kawża T-576/10 kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni C(2010) 4387 (finali) dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), kif ukoll fl-adattament tal-motivi tar-rikors u tat-talbiet ifformulati fil-Kawża T-427/10 fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni C(2010) 4387 (finali) dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing).


Top