EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0047

Kawża C-47/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis- 6 ta’ Frar 2015 – Sélina Affum (konjuġi Amissah) vs Préfet du Pas de Calais, Procureur général de la Cour d’appel de Douai

ĠU C 118, 13.4.2015, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-6 ta’ Frar 2015 – Sélina Affum (konjuġi Amissah) vs Préfet du Pas de Calais, Procureur général de la Cour d’appel de Douai

(Kawża C-47/15)

(2015/C 118/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sélina Affum (konjuġi Amissah)

Konvenuti: Préfet du Pas de Calais, Procureur général de la Cour d’appel de Douai

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/115/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ Stat terz ikun f’residenza illegali fuq it-territorju ta’ Stat Membru u jaqa’, minħabba f’hekk, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, skont l-Artikolu 2(1) tagħha, meta dan il-barrani jkun jinsab f’sitwazzjoni ta’ sempliċi transitu, bħala passiġġier ta’ autobus li jiċċirkula fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, bi provenjenza minn Stat Membru ieħor, li jagħmel parti miż-żona Schengen, u b’destinazzjoni fi Stat Membru differenti?

2)

L-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li din tal-aħħar ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li trażżan id-dħul irregolari ta’ ċittadin ta’ Stat terz permezz ta’ piena ta’ priġunerija, meta l-barrani inkwistjoni jkun jista’ jittieħed lura minn Stat Membru ieħor, skont ftehim jew arranġament konkluż ma’ dan tal-aħħar qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva?

3)

Skont ir-risposta li ser tingħata għad-domanda preċedenti, din id-direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li trażżan id-dħul irregolari ta’ ċittadin ta’ Stat terz b’piena ta’ priġunerija, skont l-istess kundizzjonijiet bħal dawk stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tas-6 ta’ Diċembru 2011, Achughbabian (C-329/11) (2), dwar residenza illegali, fir-rigward tan-nuqqas li l-persuna kkonċernata tiġi suġġetta minn qabel għall-miżuri ta’ impożizzjoni msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva u dwar it-tul tad-detenzjoni tagħha.


(1)  Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98).

(2)  EU:C:2011:807


Top