Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0018

Kawża C-18/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fid- 19 ta’ Jannar 2015 – Brisal – Auto Estradas do Litoral SA, KBC Finance Ireland vs Fazenda Pública

ĠU C 118, 13.4.2015, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fid-19 ta’ Jannar 2015 – Brisal – Auto Estradas do Litoral SA, KBC Finance Ireland vs Fazenda Pública

(Kawża C-18/15)

(2015/C 118/22)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Brisal – Auto Estradas do Litoral SA, KBC Finance Ireland

Konvenuta: Fazenda Pública

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 56 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni fiskali interna li tipprovdi li istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti fit-territorju Portugiż jiġu ssuġġettati għat-taxxa fuq id-dħul ta’ interessi li jirriżultaw f’dan it-territorju u intaxxati f’ras il-għajn b’rata definittiva ta’ 20 % (jew b’rata inqas fil-każ ta’ ftehim għal ħelsien minn taxxa doppja), rata applikabbli fuq id-dħul gross, mingħajr il-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-ispejjeż professjonali direttament marbuta mal-attività finanzjarja eżerċitata, filwaqt li l-interessi li jirriżultaw mill-istituzzjonijiet finanzjarji residenti huma inkorporati fid-dħul globali taxxabbli, fejn isir it-tnaqqis tal-ispejjeż assoċjati mal-attività eżerċitata fil-mument tal-kalkolu tal-profitt għall-finijiet tal-issuġġettar għat-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni ġuridiċi, fejn b’hekk, ir-rata ġenerali ta’ 25 % tapplika għad-dħul ta’ interessi nett?

2)

Din l-oppożizzjoni teżisti wkoll meta ssir il-konstatazzjoni li l-bażi taxxabbli tal-istituzzjonijiet finanzjarji residenti tibqa’ jew tista’ tibqa’ suġġetta, wara t-tnaqqis tal-ispejjeż ta’ finanzjament assoċjati mad-dħul ta’ interessi jew mat-tnaqqis tal-ispejjeż b’relazzjoni ekonomika diretta ma’ dan id-dħul, għal bażi taxxabbli ogħla minn dak li huwa intaxxat f’ras il-għajn mill-istituzzjonijiet mhux residenti u li jkollu effett fuq id-dħul gross?

3)

F’dan ir-rigward, l-ispejjeż ta’ finanzjament assoċjati mas-self mogħti jew mal-ispejjeż li jippreżentaw rabta ekonomika diretta mad-dħul ta’ interessi li jirriżultaw, jistgħu jiġu kkonfermati permezz tad-data pprovduta mill-EURIBOR (“Euro Interbank Offered Rate”) u mil-LIBOR (“London Interbank Offered Rate”) – entitajiet li jirrappreżentaw ir-rati ta’ interess medji mitluba fil-finanzjamenti interbankarji li għalihom jirrikorru l-banek sabiex jeżerċitaw l-attività tagħhom?


Top