Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CB0120

    Kawża C-120/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Košiciach – is-Slovakkja) – Kovozber s. r. o. vs Daňový úrad Košice (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 183 — Rimbors tal-eċċess tal-VAT — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-kalkolu ta’ interessi moratorji dwar ir-rimbors tal-eċċess ta’ VAT biss mill-iskadenza ta’ terminu ta’ għaxart ijiem wara l-għeluq ta’ proċedura ta’ verifika fiskali)

    ĠU C 38, 1.2.2016, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 38/18


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Košiciach – is-Slovakkja) – Kovozber s. r. o. vs Daňový úrad Košice

    (Kawża C-120/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 183 - Rimbors tal-eċċess tal-VAT - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-kalkolu ta’ interessi moratorji dwar ir-rimbors tal-eċċess ta’ VAT biss mill-iskadenza ta’ terminu ta’ għaxart ijiem wara l-għeluq ta’ proċedura ta’ verifika fiskali))

    (2016/C 038/26)

    Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

    Qorti tar-rinviju

    Krajský súd v Košiciach

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Kovozber s. r. o.

    Konvenut: Daňový úrad Košice

    Dispożittiv

    L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għall-kalkolu ta’ interessi moratorji dwar ir-rimbors ta’ eċċess tat-taxxa fuq il-valur miżjud biss mill-iskadenza ta’ terminu ta’ għaxart ijiem wara l-għeluq ta’ proċedura ta’ verifika fiskali.


    (1)  ĠU C 213, 29.6.2015.


    Top