EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0633

Kawża C-633/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit – London Borough of Ealing vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Eżenzjonijiet tal-provvisti ta’ servizzi li għandhom rabta mill qrib mal-prattika tal-isport — Artikolu 133 — Esklużjoni tal-eżenzjoni fil-każ ta’ riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-impriżi kummerċjali suġġetti għall-VAT — Provvisti ta’ servizzi mwettqa minn korpi li ma għandhomx skop ta’ lukru rregolati mid-dritt pubbliku)

ĠU C 293, 4.9.2017, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit – London Borough of Ealing vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

(Kawża C-633/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjonijiet tal-provvisti ta’ servizzi li għandhom rabta mill qrib mal-prattika tal-isport - Artikolu 133 - Esklużjoni tal-eżenzjoni fil-każ ta’ riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-impriżi kummerċjali suġġetti għall-VAT - Provvisti ta’ servizzi mwettqa minn korpi li ma għandhomx skop ta’ lukru rregolati mid-dritt pubbliku))

(2017/C 293/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: London Borough of Ealing

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

Dispożittiv

1)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 133 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippreludix il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-osservanza tal-kundizzjoni prevista fl-ewwel paragrafu punt (d) tal-Artikolu 133 ta’ din id-direttiva, l-għoti tal-eżenzjoni mill-VAT lill-korpi rregolati mid-dritt pubbliku li jipprovdu provvisti ta’ servizzi li għandhom rabta stretta mal-prattika tal-isport jew tal-edukazzjoni fiżika, fis-sens tal-Artikolu 132(1)(m) tal-imsemmija direttiva, minkejja li, minn naħa, fl-1 ta’ Jannar 1989, dan l-Istat Membru ma kienx jissuġġetta dawn il-provvisti ta’ servizzi kollha għall-VAT u li, min-naħa l-oħra, il-provvisti ta’ servizzi inkwistjoni ma ġewx eżentati mill-VAT qabel ma l-osservanza tal-imsemmija kundizzjoni ma ġiet imposta.

2)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din tissuġġetta l-osservanza tal-kundizzjoni prevista fl-ewwel paragrafu punt (d) ta’ din id-direttiva, l-għoti tal-eżenzjoni mill-VAT lill-korpi mingħajr skop ta’ lukru rregolati mid-dritt pubbliku li jipprovdu provvisti ta’ servizzi li għandhom rabta stretta mal-prattika tal-isport jew tal-edukazzjoni fiżika, fis-sens tal-Artikolu 132(1)(m) tal-imsemmija direttiva, mingħajr ma tiġi applikata din il-kundizzjoni lill-korpi mingħajr skop ta’ lukru minbarra dawk irregolati mid-dritt pubbliku li jwettqu tali provvisti ta’ servizzi.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


Top