Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0484

    Kawża C-484/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski sud u Novom Zagrebu – il-Kroazja) – Ibrica Zulfikarpašić vs Slaven Gajer (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 805/2004 — Titolu eżekuttiv Ewropew għad-debiti mhux ikkontestati — Kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni bħala titolu eżekuttiv Ewropew — Kunċett ta’ “qorti” — Nutar li ħareġ mandat ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ “dokument awtentiku” — Att awtentiku)

    ĠU C 144, 8.5.2017, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 144/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski sud u Novom Zagrebu – il-Kroazja) – Ibrica Zulfikarpašić vs Slaven Gajer

    (Kawża C-484/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 805/2004 - Titolu eżekuttiv Ewropew għad-debiti mhux ikkontestati - Kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni bħala titolu eżekuttiv Ewropew - Kunċett ta’ “qorti” - Nutar li ħareġ mandat ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ “dokument awtentiku” - Att awtentiku))

    (2017/C 144/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Kroat

    Qorti tar-rinviju

    Općinski sud u Novom Zagrebu

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Ibrica Zulfikarpašić

    Konvenut: Slaven Gajer

    Dispożittiv

    1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-Kroazja, in-nutara, li jaġixxu fil-kuntest tas-setgħat mogħtija lilhom mid-dritt nazzjonali fil-proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata abbażi ta’ “dokument awtentiku”, ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “qorti” fis-sens ta’ dan ir-regolament.

    2)

    Ir-Regolament Nru 805/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li mandat ta’ eżekuzzjoni maħruġ minn nutar, fil-Kroazja, abbażi ta’ “dokument awtentiku”, u li ma kienx is-suġġett ta’ oppożizzjoni ma jistax jiġi ċċertifikat bħala titolu eżekuttiv Ewropew peress li dan ma jirrigwardax debitu mhux ikkontestat fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament.


    (1)  ĠU C 389, 23.11.2015.


    Top